Kantanti – Bernie and Pod
Kompożitur – Bernard Bonnici
Awtur – Ivan Farrugia
Kanzunetta li tistaqi fejn għaddha ż-żmien? L-awtur jistaqsi għalfejn il-ħin ma’ stennieħx u jiftakar fil-passat tiegħu b’mod melankoliku. Mesaġġ li kulħadd jista’ jirrelata miegħu hekk kif nirriflettu kemm il-ħajja hija verament qasira.
Għalkemm il-kanzunetta għandha melodija ferriħija, stil tipiku ta’ Bernie and Pod, il-lirika tagħha toffri kuntrast hekk kif tesprimi d-dieqa tal-awtur lejn iż-żmien li dejjem għaddej. Kanzunetta li ġġielgħek tirrifletti fuq il-ħajja – li kull mument għandu jiġi apprezzat. Ta’ min jinnota wkoll il-viżwal li juri xeni minn Malta kif nafuha qabel – Bellezza.
Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur hawn.
Lura għall-kummentarju live
Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.
Ritratti: Elisa von Brockdorff
Comments