Kantant – Franklin
Kompożitur – Dominic Cini
Awtur – Etienne Micallef
Kanzunetta li toffri tama u tfakkrek li dejjem għandek terġa tqum wara li taqa’, għax hemm xi ħadd warajk li lest jissapportjak akkost ta’ kollox. Messaġġ li jgħallmek li qatt m’għandek tiddubita fik innifsek u biex ma tħallix il-biża li għandek iżżommok lura. Mesaġġ li lkoll nistgħu nirrelataw miegħu.
Il-vuċi distinta ta’ Franklin tqabbdek il-bard. Hu jkanta b’emozzjoni liema bħala u jidher biċ-ċar li l-lirika u l-messaġġ wara din il-kanzunetta jfissru ħafna għalih.
Tul il-kanzunetta nisimgħu il-melodija tinbidel – fil-bidu tibda bilmod u kwieta, mentri fl-aħħar l-kanzunetta tisplodi f’waħda drammatika u il-vuċi ta’ Franklin tittrasmetti vokalizzazzjoni passjonali li ma tistax ma temozzjonakx.
Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur hawn.
Lura għall-kummentarju live
Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.
Ritratti: Elisa von Brockdorff
Comments