top of page
Writer's pictureMużika Mużika

Vizzju



Lirika


Tista’ ddum kemm trid

Tgħid l-imħabba x’inhi

Xorta ma nitkellimx din il-lingwa

Waħdi f’kamra mimlija nies

Sirt qrib l-istranġier

B’xorti jekk nagħmel din il-bidla.


Fejn hi l-ġurnata?

Taf jekk staħbitx?

Taf fejn hu l-qamar?

Taf sarx irmied?

Id-dawl bdejt nara

Ħsibt li kien tmiem

U sibt l-armonija.


Jekk forsi il-ġimgħa

Taraħ il-bogħod

Taraha twila

Il-mixja fl-isfond

Tal-qalb li tħabbat

Kif tisma’ ħoss

Jekk tikber il-mistħija.


Għidli minn fejn nibda

Fejn hu t-tmiem

U fejn nispiċċa

Ma’ dal-vizzju

Nitla ma’ nistax, nifs ma’ nieħux

Indur id-dawra

Lgħabt il-logħba

Tlift ir-rebħa

Ma dal-vizzju

Nitla ma’ nistax, nifs ma’ nieħux.


Hemm nar tarf l-orizzont

Xemx ġdida hemm fil-bogħod

Wasla stupenda f’destinazzjoni.


Ta’ xmajjar fl-ibħra tas-skiet

Jien l-ilma u int ir-riħ

Bħas-sħab nintilfu t-tnejn fl-għoli.


Għidli minn fejn nibda

Fejn hu t-tmiem

U fejn nispiċċa

Ma’ dal-vizzju

Nitla ma’ nistax, nifs ma’ nieħux

Indur id-dawra

Lgħabt il-logħba

Tlift ir-rebħa

Ma dal-vizzju

Nitla ma’ nistax, nifs ma’ nieħux.


Jekk dat-tmiem, il-bidu ma nafx fejn

Ħallejt vojt malli għidt ma fadal xejn

Nintilfu t-tnejn flimkien

Hawn ngħożżok tul iż-żmien.


Għidli minn fejn nibda

Fejn hu t-tmiem

U fejn nispiċċa

Ma’ dal-vizzju

Nitla ma’ nistax, nifs ma’ nieħux

Indur id-dawra

Lgħabt il-logħba

Tlift ir-rebħa

Ma dal-vizzju

Nitla ma’ nistax, nifs ma’ nieħux.









175 views

1 Comment


Josephine Sultana
Josephine Sultana
Mar 19, 2021

Prosit, diska friska

Like
bottom of page