top of page
Writer's pictureMużika Mużika

Tista'

Updated: Mar 20, 2021

Kantant – MJAW

Kompożitur – MJAW

Awtur – MJAW


Kanzunetta serena li ġġiegħlek taħseb fuq diversi mumenti tal-ħajja li normalment nħalluhom għaddejjin u ma’ natux kashom. Lirika li tgħinna napprezzaw kull mument tal-ħajja u narfu naraw is-sempliċita’ u s-sbuħija tagħha.


Fuq il-palk rajna ħafna strumenti mhux tas-soltu li MJAW juża biex iżewwaq il-kanzunetta tiegħu, inkluż tazza bl-ilma, bowl tal-insalata u bagalja! Permezz tal-għażla ta’ dawn l-istrumenti nistgħu naraw li f’kollox hemm il-mużika, anke fl-affarijiet li ġeneralment qas noħolmu li nużaw.


Kanzunetta li żgur sew nibqgħu niftakruha għall-lirika filosofika tagħha u l-elementi uniċi tagħha.


Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur hawn.



Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.



Ritratti: Elisa von Brockdorff






155 views

Commentaires


bottom of page