Fil-15 t’Ottubru Festivals Malta għalaq is-sottomissjonijiet għat-tielet edizzjoni ta' Mużika Mużika li ser isir bejn it-23 u l-25 ta’ Marzu 2023 bin-numru sabiħ ta' 149 applikazzjoni.
Immedjatament wara skattat l-ewwel fażi eliminatorja fejn sitt membri tal-ġurija, fil-preżenza tan-nutar tal-gvern, ġġudikaw is-sottomissjonijiet kollha, li minnhom intgħażlu l-aħjar 40 kanzunetta. Dawn issa ser ikunu qed jgħaddu għall-fażi li jmiss fejn ser jiġu esebiti live quddiem sitt membri tal-ġurija oħra, differenti minn dawk tal-ewwel fażi, biex jingħażlu l-għoxrin semifinalist li ser jikkompetu f’Marzu li ġej.
L-40 kanzunetta li għaddew għall-fażi li jmiss huma dawn (f’ordni alfabetika skond l-isem tal-kanzunetta):
Baraxx
Eroj
Fejn hi
Flimkien
Fuq Pultruna
Ġawhra
Ġawhra f'Qalbi
Għajjejt
Ġrajjietna
Ħaddanni
Ħares 'l Fuq
Hekk Kif Int
Il-Bogħod
Il-Fjur
Iljun
Inħobbok Wisq
Inħobbuk
Ir-Raġuni
Ir-Rota Tibqa Ddur
Jekk Forsi
Jekk Mhux Int
Kewkba f'Tarf l-Irdum
L-Aħħar Darba
Lulju
Mera
M'hawnx Bħalek
Mid-Dinja m'Għandna Xejn
Miegħek Tiegħek
Min Aħna
Niġri Lejk
Nistennik**
Rumanz
Sabiħa
Sinfonija mill-Pjanist
Skond Liema Triq
Ta' Spiss
Tama
Verdett
Wiċċ b'Ieħor
Xorta Int
** Peress li kien hemm aktar minn kanzunetta waħda bl-isem ta' 'Nistennik', niċċaraw li l-kanzunetta li għaddiet għall-fażi li jmiss hija dik b'kompożizzjoni ta' Cyprian Cassar u lirika ta' Emil Calleja Bayliss.
Festivals Malta jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom għat-tielet edizzjoni tal-festival. Aktar informazzjoni marbuta mal-live auditions ser tintbgħat lill-parteċipanti kkonċernati fil-jiem li ġejjin.
Comments