top of page
Writer's pictureMużika Mużika

Tbissimli



Lirika


Tbissimli mas-sebħ ta’ jum ġdid

Tqajjimni b’tant ħlewwa nkun rrid,

Tmellisni turini ftit fsied

F’dawk is-sekondi ngawdu l-kwiet.


Tbissimli ma’ kull tmiem il-jum

Fej’ widen intik nisimgħak inkun

Hemm flimkien naqsmu l-ħsibijiet

U fuq l-imħadda jsiru l-għażliet, fis-skiet.


Kull meta d-domandi ma jagħmlux sens,

Ftakar għatini xi ftit wens,

Tbissimli kull meta...inħoss idejja marbutin

Kull meta fommi kelma ma jlissinx

Kellimni forsi ma nifhimx.

Tbissimli kull meta... ikun jonqosni ftit kuraġġ

Tbissimli.


Tbissimli xħin tistaħba x-xemx

Isbaħ mit-tgħanniqa tiegħek m’hemmx

It-tnejn nirbħu fuq kull sfida

Ta’ xulxin inkunu gwida.


Tbissimli bil-qalb fil-bnazzi

“Għaliex?” qatt ma nistaqsi

l-hena tiegħi narak kuntent

B’għożża nibqgħu ngħixu mument mument.


Kull meta d-domandi ma jagħmlux sens,

Ftakar għatini xi ftit wens,

Tbissimli kull meta...inħoss idejja marbutin

Kull meta fommi kelma ma jlissinx

Kellimni forsi ma nifhimx.

Tbissimli kull meta... ikun jonqosni ftit kuraġġ

Tbissimli.


Aħfirli meta ma nkellmekx... dan int ma ħaqqekx.

Aħfirli meta ma smajtekx... xtaqt li ma nqastekx.


Kull meta d-domandi ma jagħmlux sens,

Ftakar għatini xi ftit wens,

Tbissimli kull meta...inħoss idejja marbutin

Kull meta fommi kelma ma jlissinx

Kellimni forsi ma nifhimx.

Tbissimli kull meta... ikun jonqosni ftit kuraġġ

Tbissimli.


Tbissimli... tbissimli...tbissimli.









Comments


bottom of page