Lirika
Minn dejjem kont insibha bi tqila
Biex inżomm djalogu għaddej.
Nemmen li ġo fija hemm kliem mistur
B’emozzjoni kbira. Taħsbux ma rrid ngħid xejn.
Għax jien ta’ fit kliem
Inwarrab minn quddiem.
Sikwit taħsbuni supperv, bil-buri,
Meta bl-għaġla nrodd is-sliem.
Għax jien bniedem ta’ ftit kliem.
Waqt sieket dan l-ilsien.
Kull ġurnata twila li tgħaddi
Nħossni nterraq bla waqfien.
Kemm nixtieq li kont kapaċi nkompli magħkom
Bla ma nsib ruħi waħdi f’dil-folla mżewwqa ġmiel.
Għax jien ta’ ftit kliem.
Taħt sħab iswed dejjem.
Nixtieq tifhmuni, mhux nitlob unuri.
Dil-biża ġġib telfien,
Għax jien bniedem ta’ ftit kliem.
Xi konverżazzjoni ttunix,
Żgur mhux jekk triduni ma nbagħtix.
Il-ħsibijiet ġo moħħi dawra tond.
L-ansjeta’ tiżdied bil-mod il-mod.
Tuni ċabs ħa naħseb, tgħaġġlunix.
Sforz bis-saħħa nagħmel, żur mhux ftit.
Jidħol ġewwa moħħi t-tambir.
Jinbet kuraġġ bħal ma qatt nsib.
Għax għalkemm jien ta’ ftit kliem
Naf nisma, ta’ ġol-qalb, l-ilwien.
Comentários