top of page
Writer's pictureMużika Mużika

Mużika Mużika: 30 kanzunetta mħabbra għall-fażi li jmiss

Ritratt: Lorella Castillo

Fis-27 ta’ Settembru Festivals Malta għalaq is-sottomissjonijiet għall-ħames edizzjoni ta' Mużika Mużika li ser issir bejn is-27 u d-29 ta’ Marzu 2025. Bħal kull sena, l-applikazzjonijiet għal dan il-festival prestiġjuż kienu numerużi u ta’ livell għoli, b’rispons pożittiv mill-artisti, il-kompożituri, u l-awturi.

 

Bħala parti mill-ewwel fażi ta’ preparamenti ta’ Mużika Mużika, ġew iġġudikati l-kanzunetti kollha sottomessi minn membri tal-ġurija fil-preżenza tan-nutar tal-gvern fejn minnhom intgħażlu l-aqwa 30 kanzunetta. Dawn il-kanzunetti se jgħaddu għall-fażi li jmiss fejn se jiġu interpretati live quddiem membri tal-ġurija differenti. Minn hemm se jintgħażlu s-16-il kanzunetta finali li se jiġu ppreżentati f’Marzu li ġej.


It-30 kanzunetta li għaddew għall-fażi li jmiss huma dawn (f’ordni alfabetika skont l-isem tal-kanzunetta):

 

Aħjar

Festa

Filgħodu

Fuq!

Ġenna Fl-Art

Għadna Ngħoddu

Għannaqtek

Għatxan

Ħsibijiet

Inħobbok Wisq

Int Kollox Għalija

Intbaħt

Jekk Forsi

Jista’ Jkun

Jum Wara Jum

L-Aħħar Jum

L-Imħabba Verità

Ma Nafx

Mill-Qalb

Narak Illejla

Nerġa’ Nqum

Nibqa’ Ħdejk

Perfett

Sabutaġġ

Stajna Konna Aħna

Stennieni Ġej

Supereroj **

Tagħna t-Tnejn

Tiegħek Jien

Żerniq


Festivals Malta flimkien mal-bord ta’ Mużika Mużika jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom għall-ħames edizzjoni tal-festival. Aktar informazzjoni marbuta mal-live auditions ser tintbagħat lill-parteċipanti kkonċernati fil-jiem li ġejjin.

 

** Peress li kien hemm aktar minn kanzunetta waħda bl-isem ta’ ‘Supereroj’, nikkjarifikaw li l-kanzunetta li għaddiet għall-fażi li jmiss hija tal-kompożitur Glen Vella.

2,163 views

Comments


bottom of page