Lirika
Rajt għasfur bis-senter f’idu,
Żiemel riekeb karozzin,
Fenek li qed jorganizza
Xi fenkata għall-mikulin...
Fejn meħlusa n-natura
Jiftħu l-fjuri kull kulur;
Armonija bejn il-ħlejjaq
Minn ħadd ma ssib għajjur...
Mhux bħal bniedem... u kulma jmiss
Juża moħħu... għalih biss...
L-ewwel jien u t-tieni jiena
Dejjem skond iz-zokk il-fergħa
L-ixkubetta fiha l-grillu
Hekk magħmula mill-għeruq.
Qis mitt darba u aqta’ darba
Jekk ma lħaqtx l-għeneb qraslek
U f’kull niżla qaddis jgħinek
Mitqlu deheb ħabib fis-suq.
Wiċċ il-baħar miksi plastik
Ħut bil-maskra fl-oċejan
Saħnu t-temperaturi
l-arja pura ġiet duħħan
Fejn meħlusa n-natura
Jiftħu l-fjuri kull kulur;
Armonija bejn il-ħlejjaq
Minn ħadd ma ssib għajjur...
Mhux bħal bniedem... u kulma jmiss
Juża moħħu... għalih biss...
L-ewwel jien u t-tieni jiena
Dejjem skond iz-zokk il-fergħa
L-ixkubetta fiha l-grillu
Hekk magħmula mill-għeruq.
Qis mitt darba u aqta’ darba
Jekk ma lħaqtx l-għeneb qraslek
U f’kull niżla qaddis jgħinek
Mitqlu deheb ħabib fis-suq.
Naħsbu ħafna...naħsbu spiss
Li did-dinja...tagħna biss...
L-ewwel jien u t-tieni jiena
Dejjem skond iz-zokk il-fergħa
L-ixkubetta fiha l-grillu
Hekk magħmula mill-għeruq.
Qis mitt darba u aqta’ darba
Jekk ma lħaqtx l-għeneb qraslek
U f’kull niżla qaddis jgħinek
Mitqlu deheb ħabib fis-suq.
Comments