top of page
Writer's pictureMużika Mużika

Kummentarju - Finali



IR-REBBIEĦ TAT-TIENI EDIZZJONI TA' MUŻIKA MUŻIKA HU

KURT CALLEJA

BIL-KANZUNETTA BLA TARF


11:24PM - Issa se naraw mistiedna speċjali li jmiss, il-bravissimi Cliff Zammit Stevens, Alan Schiberras u Nadia Vella


Ritratt: Kurt Mizzi

11:05pm - Issa ħa naraw spettaklu mill-aqwa mingħand ir-rebbieħ tas-sena li għaddiet! Glen Vella!!

 


10:50pm - Issa se nerġgħu naraw silta minn kull kanzunetta – Ivvota għall-kanzunetta favorita tiegħek b’dawn in-numri


50615201 – FITTIXNI - Victoria

50615202 – AĦJAR HEKK INKELLA AGĦAR - MARA

50615203 – WENNISNI - Franklin

50615204 – PURGATORJU - OXYGYN

50615205 – KEWKBA FEĠĠEJJA - Gaia Cauchi

50615206 – OSSIĠNU - Danica Muscat u Kapitlu 13

50615207 – TGĦIDLIX GĦALFEJN - Kyle George

50615208 – ĠMIELEK - Claudia Faniello

50615209 – MINN TAĦT I-ILSIEN - Avenue Sky

50615210 – TKUN 'L HAWN GĦADDI - Kantera

50615211 – JIEN L-ARTIST - Cherylis

50615212 – BLA TARF - Kurt Calleja


10:46pm - BLA TARF




Kantant: Kurt Calleja

Kompożitur: Kurt Calleja, Aleandro Spiteri Monsigneur u Peter Borg

Awtur: Kurt Calleja

Miktuba minn lenti pjuttost personali, din il-kanzunetta titkellem dwar koppja li l-kantant iltaqa’ magħha hu stess. Hu jgħid, li din il-koppja tant kellha storja li tispirak, li ddeċieda li jiddedika din il-kanzunetta għalihom. Minkejja li din il-koppja ltaqgħet f’ċirkostanzi mhux ideali, fi żminijiet ta’ tbatija u sfidi personali, huma rnexxielhom jagħmlu kuraġġ lil xulxin u qalb dan kollu sabu l-imħabba vera. Illum il-ġurnata din il-koppja bnew familja flimkien u huma xxurtjati biżżejjed li jgawdu mħabba bla tarf.


10:41pm - JIEN L-ARTIST




Kantant: Cherylis

Kompożitur: Pamela Bezzina

Awtur: Pamela Bezzina

Kanzunetta li tirrifletti l-ħsibijiet tal-kantanta nnifisha bħala artista fil-bidu tal-karriera tagħha. Hi toħlom li ssir artista professjonali, però ssib min jipprova jitfilha l-fjamma u ma’ jemminx f’dak li hi tista’ toffri. Dik li għaliha tfisser il-professjoni u d-destin tagħha, ħaddieħor jaf ma jeħodhiex bis-serjetà u jarha biss passatemp li qatt ma tista’ tiffjorixxi f’karriera. Għalkemm minħabba dawn in-nies jinħolqulha d-dubji ġewwa fiha, l-artista tkompli tistinka u temmen fiha nnifisha biex tirnexxi f’dak li trid tagħmel u biex il-ħolma tagħha fl-aħħar issir realtà.


10:37pm - TKUN ‘L HAWN GĦADDI




Kantant: Kantera

Kompożitur: Elton Zarb

Awtur: Joe Julian Farrugia

Kanzunetta li tgħallimna biex inwarrbu r-rutina tal-ħajja ta’ kuljum u ngawdu lil sħabna u l-ambjent ta’ madwarna. Illum il-ħajja hija wisq mgħaġġla – timponi li naħdmu bla waqfien, li dejjem niġru bil-mobile ħalli nkunu disponibbli l-ħin kollu, u li nlaħħqu ma’ kollox. L-awtur tal-kanzunetta jgħidilna li l-ħajja hija wisq qasira biex nitilfu lilna nfusna, u xi kultant hemm bżonn li nitilqu kollox u nitgħallmu ngħixu u nistrieħu.


10:35pm - Il-Mużika tkompli! Nisimgħu l-aħħar s-sett ta’ kanzunetti li jmiss:


10 – TKUN ‘L HAWN GĦADDI - Kantera

11 – JIEN L-ARTIST - Cherylis

12 – BLA TARF – Kurt Calleja

 

10:26pm - Ngħaddu għal pawża ta’ riklami. Nixtiequ nirringrazzjaw lill-partner uffiċjali tagħna 89.7 Bay, u lill-Malta Philharmonic Orchestra, Carisma Collections, Kinnie, Mercury Towers u l-Ministeru Għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali għas-sapport tagħhom.


10:18pm - MINN TAĦT L-ILSIEN




Kantant: Avenue Sky

Kompożitur: Pamela Bezzina

Awtur: Pamela Bezzina

Kanzunetta li tpinġi xena ta’ qsim il-qalb waqt gwerra bikrija. Il-kanzunetta tibda billi tirrakkonta l-istorja t’omm iddisprata f’belt li ġiet maħkuma minn gwerra ħarxa, hi u tgħannaq lil ulieda u twiegħedhom li ser tipproteġihom u teħlishom mit-terrur li qed jgħixu fih. Fl-istess ħin, is-suldati qiegħdin joffru ħajjithom u jiddefendu lill-pajjiżhom, waqt li jiftakkru fil-familja u l-ulied li ħallew warajhom.


10:14pm - ĠMIELEK




Kantant: Claudia Faniello

Kompożitur: Philip Vella

Awtur: Joe Julian Farrugia

ĠMIELEK hija kanzunetta li tistedinna nagħrfu s-sabiħ fina nfusna l-ewwel u qabel kollox. Claudia Faniello, il-kantanta li tinterpreta din il-kanzunetta twassal il-messaġġ li l-bniedem mhux sabiħ minn barra biss. Illum kulħadd huwa ffissat fuq id-dehra kożmetika u artifiċjali, tant li l-individwalità tagħna qiegħda tintilef bil-mod il-mod. B’hekk, irridu nitgħallmu napprezzaw il-ġmiel li għandna ġewwa fina – ġmiel bla ebda preġudizzji, indifferenzi u razziżmu.


10:11pm - TGĦIDLIX GĦALFEJN




Kantant: Kyle George

Kompożitur: Cyprian Cassar

Awtur: Clifton Casha

Il-Kanzunetta TGĦIDLIX GĦALFEJN, interpretata minn Kyle George, tirrakonta storja ta’ mħabba li sfaxxat fix-xejn.

Fil-bidu tal-kanzunetta l-awtur jiddeskrivi d-diżappunt li wieħed iħoss meta l-imħabba f’relazzjoni ma’ tkunx reċiproka. Jitkellem ukoll dwar il-konsegwenzi li tesperjenza l-koppja meta ma tindirizzax din il-problema.


10:06pm - Nilqgħukom lura għas-serata tal-finali! Nisimgħu s-sett ta’ kanzunetti li jmiss:


07 – TGĦIDLIX GĦALFEJN - Kyle George

08 – ĠMIELEK - Claudia Faniello

09 – MINN TAĦT I-ILSIEN - Avenue Sky


 

9:55pm - Nixtiequ nirringrazzjaw lill-partner uffiċjali tagħna 89.7 Bay, u lill-Malta Philharmonic Orchestra, Carisma Collections, Kinnie, Mercury Towers u l-Ministeru Għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali għas-sapport tagħhom. Jmiss issa pawża qasira ta’ riklami.


SOLIDARJETÀ MALL-POPLU UKREN - SLAVA UKRAINI



9:49pm - OSSIĠNU




Kantant: Danica Muscat u Kapitlu Tlettax

Kompożitur: Cyprian Cassar / Joseph Mario Calleja

Awtur: Joseph Mario Calleja / Emil Calleja Bayliss

Danica Muscat u Joseph Mario Calleja, magħruf aktar bħala Kapitlu Tlettax, ingħaqdu f’kollaborazzjoni għall-ewwel darba biex jinterpretaw il-kanzunetta OSSIĠNU. Kanzunetta li tgħaqqad żewġ stili mużikali, b’temi attwali li kulħadd jista’ jirrelata magħhom. Il-kanzunetta hija ispirata mill-ħajja ta’ kuljum, u tittratta proprju dwar element importantissimu f’ħajjitna – l-ossiġnu. L-ossiġnu jagħtina n-nifs, li mingħajru ma ngħixux. Meta jispiċċalek l-ossiġnu, ħajtek tintemm. L-awturi tal-kanzunetta jqabblu l-ossiġnu ma’ dawk il-persuni li huma l-aktar importanti f’ħajjitna – li jagħtuna s-sapport u s-sostenn fil-mumenti diffiċli. Meta dawn l-individwi ma’ jibqgħux f’ħajjitna, din tinqaleb ta’ taħt fuq.


9:44pm - KEWKBA FEĠĠEJJA




Kantant: Gaia Cauchi

Kompożitur: Elton Zarb

Awtur: Stephen Baldacchino

Il-qalb mat-taħbit tagħha żżomm il-memorja tal-ferħ li ma jmut qatt. Is-sema, l-kwiekeb u r-rakkonti sbieħ joffru l-wens u l-gost dejjiemi. Ma’ dawn, il-waqtiet u t-tifkiriet li ġġib magħha l-mixja taż-żgħożija huma l-mogħdija li jgħinuk tasal fejn tixtieq fil-ħajja. Il-leħħa maġika tal-kwiekeb feġġejja jagħmlu dawn il-waqtiet surreali, uniċi. Il-ħsieb kontinwu, mimli barkiet u r-rakkonti dehbiena jkomplu jħeġġu dan kollu. Bħal donnu kollox ħieni, jasal biex iwasslek fejn tixtieq.


9:41pm - PURGATORJU




Kantant: OXYGYN

Kompożitur: Zack Walters/ Janelle Borg / Funky Monkey

Awtur: Kurt Abela

Kanzunetta miktuba mill-perspettiva ta’ diversi erwieħ li wara ħajjithom spiċċaw maqbuda ġewwa l-purgatorju – abbiss fejn m’hemmx tama u fejn iridu jqattaw l-eternità. Il-membri tal-grupp OXYGYN joħduna fuq ġrajja ta’ emozzjonijiet fejn il-protagonisti jidħlu f’ċirku vizzjuż ta’ ħsibijiet inutli marbuta ma’ mumenti f’ħajjithom li fl-aħħar minn l-aħħar wassluhom għal dan il-post.


9:40pm

Lura għal Mużika Mużika! Nisimgħu s-sett ta’ kanzunetti li jmiss:

04 – PURGATORJU – OXYGYN

05 – KEWKBA FEĠĠEJJA – Gaia Cauchi

06 – OSSIĠNU – Danica u Kapitlu Tlettax


 

9:24pm - Ngħaddu issa għal pawża qasira ta’ riklami, ibqgħu hemm. Nixtiequ nirringrazzjaw lill-partner uffiċjali tagħna 89.7 Bay, u lill-Malta Philharmonic Orchestra, Carisma Collections, Kinnie, Mercury Towers u l-Ministeru Għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali għas-sapport tagħhom.


9:20pm - WENNISNI




Kantant: Franklin

Kompożitur: Cyprian Cassar

Awtur: Emil Calleja Bayliss

Kanzunetta li tiddeskrivi l-emozzjonijiet li ndividwu jħoss meta jesperjenza l-vera mħabba. Imħabba pura u speċjali li kulħadd joħlom dwarha imma sfortunatament mhux kulħadd isibha f’ħajtu. L-awtur ma’ jgħidilniex jekk l-imħabba hux waħda romantika, jew le. Permezz ta’ din l-imħabba tkun tista’ tiftaħ qalbek u taqsam l-esperjenzi tal-ħajja ma’ persuna li mhux ser tiġġudikak. Il-wens li kapaċi tagħtik u toffrilek persuna li tħobbok bl-aktar mod sinċier, ma tibdlu ma’ xejn.


9:16pm - AĦJAR HEKK INKELLA AGĦAR




Kantant: MARA

Kompożitur: Philip Vella

Awtur: Emil Calleja Bayliss

Il-grupp dinamiku MARA jinterpreta kanzunetta bi stil folk, imżewwqa bi qwiel u taqbiliet varji Maltin. Il-kanzunetta tħeġġiġna biex ngħixu l-ħajja bl-aħjar mod, b’emfasi speċjali fuq il-qawl li għalih hija msemmija l-kanzunetta AĦJAR HEKK INKELLA AGĦAR, li jistedinna naraw s-sabiħ f’kollox. Din il-kanzunetta għandha suġġett li dejjem jibqa’ relevanti u żgur li l-enerġija pożittiva tal-kantanti tal-grupp MARA jmur tajjeb ferm mal-melodija mexxejja. Għalkemm għandha wkoll ħoss modern, oriġinali, u tal-widna.


9:12pm - FITTIXNI





Kantant: Victoria

Kompożitur: Gilbert ‘Bibi’ Camilleri

Awtur: Lon Kirkop

Kanzunetta fuq stil ballad li tħaddan it-tema tal-individwalità. In-nuqqas ta’ għarfien flimkien mal-influwenzi esterni u l-ħajja materjali joħonqu l-individwalità tal-persuna u b’konsegwenza l-personalità tal-individwu tintilef titlef qalb il-pressjonijiet soċjali. B’hekk il-persuna bħal donnha ssir persuna kompletament differenti minn dak li vera hi. Permezz ta’ din il-kanzunetta hi tixtieq twassal il-messaġġ li fil-ħajja għandek tgħożż dak li vera hu importanti għalik lil hinn mill-materjaliżmu li jitfi l-individwalità tagħna.


9:11pm - Il-votazzjoni uffiċjalment tiftaħ issa! Ivvotaw għall-kanzunetta favorita tagħkom. Kull vot huwa importanti u jiddetermina liema kanzunetta tirbaħ din l-edizzjoni ta’ Mużika Mużika!


Nibdew bl-ewwel sett ta’ kanzunetti tal-lejla:

01 – FITTIXNI – Victoria

02 – AĦJAR HEKK INKELLA AGĦAR – MARA

03 – WENNISNI – Franklin


9:09pm - Il-votazzjoni ser tkun maqsuma f’punti mill-ġurati (75%) u voti mill-SMS Voting tal-pubbliku (25%). Kull SMS jiswa €0.58c u tistgħu tivvutaw DARBA biss għal kull kanzunetta. . Termini u kundizzjonijiet japplikaw.


9:08pm - Qed naraw lit-12-il finalist tagħna bħalissa fil-greenroom! Minjaf x’eċitament qed iħossu bħalissa!


9:06pm

Is-sitema tal-votazzjoni ser taħdem eżatti bħal dik tal-Ħamis li għadda. Tistgħu tivvutaw għall-kanzunetta favorita tagħkom billi tibgħatu SMS vojt fuq in-numru 506152XX (Fl-aħħar iżżidu n-numru abbinat mal-kanzunetta favorita tagħkom). Is-suffissi abbinati mal-kanzunetti huma dawn:


50615201 – FITTIXNI - Victoria

50615202 – AĦJAR HEKK INKELLA AGĦAR - MARA

50615203 – WENNISNI - Franklin

50615204 – PURGATORJU - OXYGYN

50615205 – KEWKBA FEĠĠEJJA - Gaia Cauchi

50615206 – OSSIĠNU - Danica Muscat u Kapitlu 13

50615207 – TGĦIDLIX GĦALFEJN - Kyle George

50615208 – ĠMIELEK - Claudia Faniello

50615209 – MINN TAĦT I-ILSIEN - Avenue Sky

50615210 – TKUN 'L HAWN GĦADDI - Kantera

50615211 – JIEN L-ARTIST - Cherylis

50615212 – BLA TARF - Kurt Calleja


9:05pm - Infakkrukom li llum Taryn Mamo Cefai ser tkun qed tingħaqad ma’ Owen Bonniċi waqt it-trasmissjoni ta’ Facebook Live, li qed tixxandar fuq il-paġna ta’ Facebook tagħna kif ukoll fuq dik tal-partner uffiċjali tagħna 89.7Bay. Segwuhom HAWN


9:03pm - Sinjuri, nagħtu bidu għas-serata finali. Nilqgħu lill-preżentaturi bravissimi tagħna, Keith Demicoli, Clare Agius u Moira Delia!


9:00pm - Is-serata finali ta’ Mużika Mużika fl-aħħar waslet! Xhur ta’ preparamenti fl-aħħar ser jilħqu l-qofol tagħhom illejla! 12-il kanzunetta semifinalista ser tikkompeti għall-ewwel post fl-edizzjoni ta’ din is-sena. Bħalissa qed nisimgħu l-Overture meraviljuża ta’ Mużika Mużika b’kompożizzjoni ta’ Maestro Paul Abela.


Nixtiequ ngħidu grazzi lilkom l-udjenza, tas-sapport li qegħdin tagħtu lill-mużika Maltija. Mingħajr dan is-sapport, dan il-festival ma jkunx possibbli! Grazzi!

 

TWISSIJA: Dan il-programm jinkludi effetti ta' dawl qawwi u strobe lighting. Minħabba f'hekk dan mhux adattat għal min ibati bl-epilessija u kundizzjonijiet ta' sensittività għad-dawl.


Mużika Mużika jibda dalwaqt


Ritratti: Camille Fenech


1,270 views

Comments


bottom of page