top of page
Writer's pictureMużika Mużika

L-Ewwel Ġurnata - Kummentarju tas-Semifinali

12:03pm - Awguri lill-kantanti kollha! Narawkom għada għal-Lejla tal-Klassiċi. Saħħiet u l-lejla t-tajba!


12:01pm - Gianni u Taryn jingħaqdu fuq il-palk għall-għeluq tas-serata. Infakkrukom li tistgħu terġgħu ssegwu l-Facebook Live tagħhom HAWN

12:00am - Qed naraw il-ġurija tagħna tal-lejla, flimkien magħkom it-telespettaturi u l-udjenza li ddeċidejtu d-destin ta’ 12-il parteċipant. Inkunu nafu min huma t-12-il kanzunetta finalista għada wara l-Lejla tal-Klassiċi!




11:52pm - Wow!! Grazzi lil TENISHIA!


Fadal biss l-aħħar ftit minuti biex tkunu tistgħu tivvotaw għall-kanzunetta favorita tagħkom. Segwu l-iscreens tat-televiżjoni tagħkom biex terġgħu tarawhom!


11:36pm - Issa għandna spettaklu mill-aqwa mingħand il-mistiedna speċjali tal-ewwel serata. Nilqgħu magħna lil TENISHA!


11:27pm - Infakkrukom li fadal biss 25 minuta biex tivvotaw għal-kanzunetta favorita tagħkom. Erġaw araw liem kienu l-21 kanzunetta u n-numru tal-vot abbinat magħhom billi ssegwu l-iscreens tat-televiżjoni.

In-numri tal-votazzjoni tistgħu issibuhom hawn ukoll:


50615201 – KENN – Cheryl

50615202 – MINN TAĦT L-ILSIEN – Avenue Sky

50615203 –IDEK F’IDI – Kelly Marie

50615204 – IL-MUŻIKA U JIEN – Nicole Frendo

50615205 – TKUN L’HAWN GĦADDI - Kantera

50615206 – JIEN L-ARTIST – Cherylis

50615207 – MIL-LENTI TIEGĦI – Joseph Refalo

50615208 – BLA TARF – Kurt Calleja

50615209 – DAK KIEN ŻMIEN – Mykill ft. Lyndsay u l-Kalakku

50615210 – GĦAL DEJJEM – Norbert

50615211 – AĦJAR HEKK INKELLA AGĦAR - MARA

50615212 – WENNISNI – Franklin

50615213 – Purgatorju – OXYGYN

50615214 – NIXTIEQ – Haley

50615215 – TGĦIDLIX GĦALFEJN – Kyle George

50615216 – FITTIXNI - Victoria

50615217 – ĦLOMT LI – Bernie & Pod ft. Fiona

50615218 – ĠMIELEK – Claudia Faniello

50615219 – MEWĠ – Bloodline

50615220 – KEWKBA FEĠĠEJA – Gaia Cauchi

50615221 – OSSIĠNU – Danica Muscat u Kapitlu Tlettax


11:26pm - Hekk smajna l-21 kanzunetta semifinalista tat-tieni edizzjoni ta’ Mużika Mużika! X’jidhrilkom? Verament għandna nkunu kburin bit-talent u l-lingwa Maltija! Prosit lill-parteċipanti kollha, tajtuna spettaklu mill-aqwa!


11:26pm - Għadna kif smajna l-kanzunetta OSSIĠNU ta’ Danica u Kapitlu Tlettax. L-imħabba tan-nies ta’ madwarek tipprovdilek l-ossiġnu f’ħajtek – kanzunetta li turina kif mingħajr l-imħabba, l-istess bħall-ossiġnu, ma nistgħux ngħixu. Aqraw aktar dwar il-kanzunetta HAWN. Tinsewx tivvotaw għall-kanzunetta OSSIĠNU billi żżidu s-suffiss 21 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.





11:22pm - Imiss l-aħħar kanzunetta għat-tieni edizzjoni ta’ Mużika Mużika! OSSIĠNU – jkantaw Danica u Kapitlu Tlettax. Jekk tiftakru sew, is-sena li għaddiet Danica ħadet sehem bil-kanzunetta ‘Għażiż’, Però għal din is-sena kkollaborat għall-ewwel darba ma’ Kapitlu Tlettax b’stil totalment ġdid!


11:22pm - Smajna l-kanzunetta KEWKBA FEĠĠEJJA ta’ Gaia Cauchi – li tittratta dwar is-sbuħija surreali taż-żgħożija. Aqraw aktar dwar il-kanzunetta HAWN. Tinsewx tivvotaw għall-kanzunetta KEWKBA FEĠĠEJJA billi żżidu s-suffiss 20 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.




11:17pm - Ngħaddu issa għall-kanzunetta KEWKBA FEĠĠEJJA – tkanta Gaia Cauchi. Gaia bdiet il-karriera mużikali minn eta’ żgħira – Jekk tiftakru sew, Gaia kienet l-ewwel rebbieħa Maltija tal-Junior Eurovision Song Contest li sar fl-2013.


11:17pm - MEWĠ, interpretata minn Bloodline, tirrakkonta l-esperjenza ta’ żewġ żgħażagħ li ħassew żgħożithom kważi kważi tinsteraq minħabba l-pandemija. Aqraw aktar dwar il-kanzunetta HAWN. Tinsewx tivvotaw għall-kanzunetta MEWĠ billi żżidu s-suffiss 19 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.



11:13pm - Issa ser nisimgħu il-kanzunetta MEWĠ ta’ Bloodline. Dan id-duo, magħmul minn Julia Balzan u Samira Cauchi, ġie ffurmat proprju waqt it-tieni staġun ta’ XFactor Malta, fejn huma rnexxielhom jiksbu l-ħames post.


11:13pm - Smajna nterpretazzjoni mill-isbaħ tal-kanzunetta ĠMIELEK minn Claudia Faniello. Kanzunetta li tfakkarna kif dejjem għandna naraw il-ġmiel f’xulxin lil hinn mill-preġudizzju. Aqraw aktar dwar il-kanzunetta HAWN. Tinsewx tivvotaw għall-kanzunetta ĠMIELEK billi żżidu s-suffiss 18 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.




11:09pm - Issa jmiss lill-kantanta bravissima Claudia Faniello, li ser tinterpreta l-kanzunetta ĠMIELEK. Claudia hija wiċċ familjari f’diversi konkorsi lokali. Fl-2017 irrappreżentat lill-Malta fil-Eurovision Song Contest fi Kyiv fl-Ukraina bil-kanzunetta ‘Breathlessly’.


11:09pm - Għadna kif smajna l-kanzunetta ĦLOMT LI, interpretata mill-grupp Bernie & Pod flimkien ma’ Fiona. Din il-kanzunetta tittratta dwar ħolma serena fejn wieħed jinsa l-problemi u d-distrazzjonijiet ta’ kuljum. Aqraw aktar dwar il-kanzunetta HAWN. Tinsewx tivvotaw għall-kanzunetta ĦLOMT LI billi żżidu s-suffiss 17 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.



11:05pm - Nibdew bil-kanzunetta ĦLOMT LI – fejn ser nerġgħu naraw lill-grupp Bernie & Pod għal darb’oħra fuq il-palk ta’ Mużika Mużika, din id-darba b’kollaborazzjoni mal-kantanta bravissima Fiona. Jekk tiftakru sew, is-sena l-oħra Bernie & Pod ikkompetew bil-kanzunetta ‘Ħudni Lura’.


11:04pm - Nilqgħukom lura magħna! Infakkrukom li mil-lejla stess tistgħu tisimgħu l-kanzunetti kollha ta’ Mużika Mużika fuq pjattaformi varji bħal Spotify u YouTube. Jekk tridu ġġeddu ftit memorji tistgħu ssibu wkoll l-kanzunetti kollha tal-ewwel edizzjoni tagħna fuq dawn il-pjattaformi wkoll.


Wasalna għall-aħħar sett ta’ kanzunetti għal-lejla.


17 – ĦLOMT LI – Bernie & Pod ft. Fiona

18 – ĠMIELEK – Claudia Faniello

19 - MEWĠ – Bloodline

20 – KEWKBA FEĠĠEJA – Gaia Cauchi

21 – OSSIĠNU – Danica Muscat u Kapitlu Tlettax

 

10:57pm - Ngħaddu għal waqfa qasira ta’ riklami. Nixtiequ nirringrazzjaw lill-partner uffiċjali tagħna 89.7 Bay, u lill-Malta Philharmonic Orchestra, Carisma Collections, Kinnie, Mercury Towers u l-Ministeru Għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali għas-sapport tagħhom.


10:56pm - FITTIXNI interpretata minn Victoria, titratta dwar kif fid-dinja mgħaġġla tal-lum faċilment titlef l-individwalità tiegħek. Aqraw aktar dwar il-kanzunetta HAWN. Tinsewx tivvotaw għall-kanzunetta FITTIXNI billi żżidu s-suffiss 16 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.





10:53pm - Issa nilqgħu lil Victoria fuq il-palk bil-kanzunetta tagħha FITTIXNI. Apparti li ilha fix-xena mużikali minn mindu kienet żgħira Victoria hija wkoll mudella! Sentejn ilu irnexxielha tikklassifika mal-aqwa ħamsa f'Miss World Malta.


10:52pm - TGĦIDLIX GĦALFEJN – jkanta Kyle George. Kanzunetta miktuba fuq stil Pop Blues li turi kif żewġ maħbubin kapaċi jsiru kważi stranġieri jekk jitilfu l-imħabba lejn xulxin. Aqraw aktar dwar il-kanzunetta HAWN. Tinsewx tivvotaw għall-kanzunetta TGĦIDLIX GĦALFEJN billi żżidu s-suffiss 15 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.



10:48pm - Ngħaddu issa għal Kyle George – kantant żgħażugħ li żgur rajtuh fit-tieni sensiela ta’ XFactor Malta, fejn saħansitra wasal għall-finali. Illum ser nisimgħuh jinterpreta l-kanzunetta TGĦIDLIX GĦALFEJN.


10:48pm - NIXTIEQ, interpretata minn Haley, tkellimna fuq storja ta’ mħabba li sfortunatament mhux dik tipika tal-fantażiji. Aqraw aktar dwar il-kanzunetta HAWN. Tinsewx tivvotaw għall-kanzunetta NIXTIEQ billi żżidu s-suffiss 14 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.




10:44pm - Imiss issa lir-rebbieħa tal-programm televiżiv tagħna Mużika Mużika l-Vjaġġ Ikompli! Għalkemm Haley hija waħda mill-iżgħar parteċipanti ta’ Mużika Mużika, xorta waħda għandha esperjenza f’diversi konkorsi mużikali lokali u barra minn xtutna. Illum ser nisimgħuha tinterpreta l-kanzunetta NIXTIEQ.


10:44pm - Għandna kif smajna lill-grupp OXYGYN bil-kanzunetta PURGATORJU. Tul il-kanzunetta nisimgħu l-perspettiva u r-riflessjoni tal-protagonisti li sabu rwieħhom ġewwa l-purgatorju. Aqraw aktar dwar il-kanzunetta HAWN. Tinsewx tivvotaw għall-kanzunetta PURGATORJU billi żżidu s-suffiss 13 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.



10:33pm - Nilqgħukom lura magħna! Inkomplu minnufih billi nisimgħu s-sett ta’ kanzunetti li jmiss.

13 – Purgatorju – OXYGYN

14 – NIXTIEQ – Haley

15 – TGĦIDLIX GĦALFEJN – Kyle George

16 – FITTIXNI – Victoria


Nibdew bil-grupp OXYGYN, grupp indie-pop li joħolqu kanzunetti b’kontenut liriku u vokali li jiffoka fuq il-kumplessità tal-esperjenza umana. Huma ser jinterpretaw il-kanzunetta oriġinali tagħhom PURGATORJU.


 

10:26pm - X’serata għandna llejla! Qed tieħdu gost? Għandna ħafna aktar preparat, fosthom prestazzjoni spettakolari minn żewġ mistiedna speċjali.


Ngħaddu għal mument qasir ta’ riklami. Nixtiequ nirringrazzjaw lill-partner uffiċjali tagħna 89.7 Bay, u lill-Malta Philharmonic Orchestra, Carisma Collections, Kinnie, Mercury Towers u l-Ministeru Għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali għas-sapport tagħhom. Ibqgħu hemm!


10:25pm - X’serata għandna llejla! Qed tieħdu gost? Għandna ħafna aktar preparat, fosthom prestazzjoni spettakolari minn żewġ mistiedna speċjali - tkunu tafu min huma aktar tard illejla!



10:22pm - Il-kanzunetta WENNISNI, interpretata minn Franklin, tesprimi l-emozzjoni li wieħed jesperjenza meta jsib il-maħbub/a ta’ ħajtu. Aqraw aktar dwar il-kanzunetta HAWN. Tinsewx tivvotaw għall-kanzunetta WENNISNI billi żżidu s-suffiss 12 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.


10:21pm - Issa jmiss lil Franklin bil-kanzunetta WENNISNI. Lil Franklin ma nafuħx biss minn diversi konkorsi lokali, iżda hu ħa sehem ukoll fl-ewwel edizzjoni ta’ Mużika Mużika bil-kanzunetta ‘Warajk’.


10:21pm - Smajna l-kanzunetta AĦJAR HEKK INKELLA AGĦAR tal-grupp MARA. Kanzunetta li tgħallimna li dejjem għandna naraw il-pożittiv kemm jista’ jkun fil-ħajja. Aqraw aktar dwar il-kanzunetta HAWN. Tinsewx tivvotaw għall-kanzunetta AĦJAR HEKK INKELLA AGĦAR billi żżidu s-suffiss 11 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.





10:17pm - Ngħaddu għall-kanzunetta AĦJAR HEKK INKELLA AGĦAR interpretata mill-grupp MARA. Grupp ta’ solisti li ngħaqdu flimkien apposta għall-Mużika Mużika. Kontu tafu li l-isem tal-grupp huwa magħmul mill-ewwel ittra t’isem il-kantanti?


10:17pm - Għadna kif smajna GĦAL DEJJEM interpretata minn Norbert. Kanzunetta li tfakkarna kemm għandna napprezzaw lill-maħbubin tagħna sakemm għadhom magħna. Aqraw aktar dwar il-kanzunetta HAWN. Tinsewx tivvotaw għall-kanzunetta GĦAL DEJJEM billi żżidu s-suffiss 10 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.





10:14pm - Imiss issa lil Norbert biex jinterpreta l-kanzunetta tiegħu GĦAL DEJJEM. Hu ilu fix-xena tal-mużika bħala kantawtur għal 14-il sena u kellu l-opportunità li jkanta quddiem Geri Halliwell ta' Spice Girls kif ukoll quddiem Simon Cowell!


10:13pm - DAK KIEN ŻMIEN ta’ Mykill, Lyndsay u l-Kalakku. Diska li biha niftakru fiż-żmien taż-żogħżija tagħna – ħajja aktar sempliċi u inqas mgħaġġla minn dik tal-lum. Aqraw aktar dwar il-kanzunetta HAWN. Tinsewx tivvotaw għall-kanzunetta DAK KIEN ŻMIEN billi żżidu s-suffiss 09 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.





10:09 - Nibdew bil-kanzunetta DAK KIEN ŻMIEN ta’ Mykill, Lyndsay u l-Kalakku. Grupp t’artisti li ġejjin minn ġeneri mużikali differenti, li ngħaqdu flimkien apposta għal dan il-festival.


10:07pm - Nilqgħukom lura għal Mużika Mużika - Illum għandna atmosfera inkredibbli fis-sala!


Ngħaddu għas-sett ta’ kanzunetti li jmiss.


09 – DAK KIEN ŻMIEN – Mykill Lyndsay u l-Kalakku

10 – GĦAL DEJJEM – Norbert

11 – AĦJAR HEKK INKELLA AGĦAR - MARA

12 – WENNISNI – Franklin


 

10:00pm - L-ispettaklu jkompli wara ftit reklami. Nixtiequ nirringrazzjaw lill-partner uffiċjali tagħna 89.7 Bay, u lill-Malta Philharmonic Orchestra, Carisma Collections, Kinnie, Mercury Towers u l-Ministeru Għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali għas-sapport tagħhom. Aktar kanzunetti dalwaqt!


9:58pm - Ningħaqdu issa ma’ Gianni u Taryn għal kollegament minn wara l-kwinti. Segwuhom HAWN


Tinsewx tivvotaw għall-kanzunetti favoriti tagħkom billi tibgħatu SMS vojt fuq 506152XX u tabbinaw in-numru tal-kanzunetta favorita tagħkom. Tistgħu tivvotaw darba biss għal kull kanzunetta.


9:57pm - Il-kanzunetta BLA TARF ta’ Kurt Calleja, turina kemm l-imħabba tista’ ssiba f’mumenti li ma’ tistennihomx. Aqraw aktar dwar il-kanzunetta HAWN. Tinsewx tivvotaw għall-kanzunetta BLA TARF billi żżidu s-suffiss 08 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.




9:53pm - Ngħaddu għat-tmien kanzunetta tas-serata – BLA TARF – ikanta Kurt Calleja. Fatt interessanti fuq din il-kanzunetta hu li ġiet ispirata minn koppja li sabu lil xulxin f’wieħed mill-aktar mumenti diffiċli f’ħajjithom.


9:52pm - MIL-LENTI TIEGĦI interpretata minn Joseph Refalo tfakkarna li llum ngħixu f’soċjetà li tiġġudika kollox. Irridu niftakru li kulħadd jara l-ħajja minn lenti differenti però qatt m’għandek tagħti kas lil dawk li jikkritikawk b’intenzjoni li jweġġgħuk. Aqraw aktar dwar il-kanzunetta HAWN. Tinsewx tivvotaw għall-kanzunetta MIL-LENTI TIEGĦI billi żżidu s-suffiss 07 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.





9:49pm - Imiss issa lil Joseph Refalo bil-kanzunetta MIL-LENTI TIEGĦI – kantant mill-gżira Għawdxija li kiseb diversi suċċessi fix-xena lokali. Kontu tafu li ta’ 13-il sena, Joseph kiteb il-kanzunetta ‘Tonight’, li għaddiet fis-semifinali tal-Malta Junior Eurovision Song Contest.


9:48pm - Cherylis issaħħarna bil-kanzunetta melankolika tagħha JIEN L-ARTIST, li tgħallimna li għandna nemmnu fil-ħolm tagħna u ma nagħtux kas in-negattività. Aqraw aktar dwar il-kanzunetta HAWN. Tinsewx tivvotaw għall-kanzunetta JIEN L-ARTIST billi żżidu s-suffiss 06 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.




9:45pm - Ngħaddu issa għall-kanzunetta li jmiss. JIEN L-ARTIST interpretata minn Cherylis. Is-sena li għaddiet Cherylis rebħet il-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta tagħha ‘Nifs’. Kontu tafu li hi bdiet tkanta mill-eta’ tenera ta’ ħames snin?!


9:44pm - TKUN L’HAWN GĦADDI interpretata mill-grupp Kantera. Melodija ferriħija li tfakkarna li l-ħajja hija wisq qasira biex nintilfu fir-rutina. Aqraw aktar dwar il-kanzunetta HAWN. Tinsewx tivvotaw għall-kanzunetta TKUN L’HAWN GĦADDI billi żżidu s-suffiss 05 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.



9:41pm - Nibdew bil-kanzunetta TKUN L’HAWN GĦADDI – ikantaw il-grupp Kantera. Jekk tiftakru sew is-sena li għaddiet Kantera ġew fit-tielet post bil-kanzunetta ‘L-Ewwel Jien’.


9:40pm - Nilqgħukom lura għas-semifinali ta’ Mużika Mużika.

Ta’ min infakkrukom li għada s-serata mhux ser tkun waħda kompetittiva. FIl-Lejla tal-Klassiċi ser nisimgħu diversi kanzunetti klassiċi li żgur huma magħrufa ma’ dawk li għandhom il-mużika Maltija għal qalbhom. Lejla nostalġika mimlija sorpriżi fejn ser naraw is-semifinalisti tagħna jkantaw ma’ diversi mistiedna speċjali!


Issa ngħaddu għas-sett ta’ kanzunetti li jmiss.

05 – TKUN L’HAWN GĦADDI - Kantera

06 – JIEN L-ARTIST – Cherylis

07 – MIL-LENTI TIEGĦI – Joseph Refalo

08 – BLA TARF – Kurt Calleja


 

9:31pm - Issa ser ngħaddu għal pawża qasira ta’ reklami. Nixtiequ nirringrazzjaw lill-partner uffiċjali tagħna 89.7 Bay, u lill-Malta Philharmonic Orchestra, Carisma Collections, Kinnie, Mercury Towers u l-Ministeru Għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali għas-sapport tagħhom. Aktar kanzunetti dalwaqt!


9:29pm - IL-MUŻIKA U JIENA interpretata minn Nicole Frendo – Kanzunetta mill-isbaħ li turi kif l-artist jintilef f’dinja għalih mimlija noti u melodija li jservu bħala skop ġdid għal ħajtu. Aqraw aktar dwar il-kanzunetta HAWN. Tinsewx tivvotaw għall-kanzunetta IL-MUŻIKA U JIEN billi żżidu s-suffiss 04 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.



9:25pm - Imiss issa lil Nicole Frendo bil-kanzunetta IL-MUŻIKA U JIEN – kurżità interessanti dwar l-ispirazzjoni ta’ din il-kanzunetta hi, li ġiet miktuba apposta għal Nicole, wara li l-kompożitur sema’ l-vuċi tagħha.


9:25pm - IDEK F’IDI ta’ Kelly Marie – kanzunetta li ġiet ispirata minn storja ta’ tnejn minn sħabha. Aqraw aktar dwar il-kanzunetta HAWN. Tinsewx tivvotaw għall-kanzunetta IDEK F’IDI billi żżidu s-suffiss 03 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.





9:22pm - Nilqgħu issa fuq il-palk lil Kelly Marie – kantanta li ta’ spiss narawha bħala kitarrista waqt il-kunċert tal-mużika Strummin. Illum ser narawha ser tinterpreta l-kanzunetta IDEK F’IDI.


9:21pm - Kanzuentta b’karba għal aktar empatija bejn il-ġnus bl-isem ta’ MINN TAĦT L-ILSIEN – ikantaw Avenue Sky. Aqraw aktar dwar il-kanzunetta HAWN. Tinsewx tivvotaw għall-kanzunetta MINN TAĦT L-ILSIEN billi żżidu s-suffiss 02 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.





9:18pm - It-tieni kanzunetta tal-lejla hija MINN TAĦT L-ILSIEN – ikantaw il-grupp Avenue Sky. Lil dan il-grupp li tant huma magħrufin għall-armoniji vokali tagħhom, rajniehom fl-ewwel edizzjoni ta’ Mużika Mużika bil-kanzunetta ‘Kompli Tbissem’.

9:17pm - Għadna kif smajna kanzunetta emozzjonanti ferm li ġġib l-isem ta’ KENN – tkanta Cheryl. Aqraw aktar dwar il-kanzunetta HAWN. Tinsewx tivvotaw għall-kanzunetta KENN billi żżidu s-suffiss 01 fl-aħħar tan-numru tal-SMS Voting tagħna.



9:13pm - L-ewwel kanzunetta tal-llejla hija KENN – tkanta Cheryl. Lil Cheryl nafuha bħala backing vocalist f’diversi kunċerti lokali. Din hija proprju l-ewwel esperjenza tagħha bħala solista!


9:12pm - Jibda l-ispettaklu bl-ewwel sett ta’ kanzunetti għal-lejla!


01 – KENN – Cheryl

02 – MINN TAĦT L-ILSIEN – Avenue Sky

03 –IDEK F’IDI – Kelly Marie

04 – IL-MUŻIKA U JIEN – Nicole Frendo



9:11pm - Il-votazzjoni ser tkun maqsuma f’punti mill-ġurija (75%) u voti mill-SMS Voting tal-pubbliku (25%). Kull SMS jiswa €0.58c u tistgħu tivvotaw darba biss għal kull kanzunetta. Termini u kundizzjonijiet japplikaw


9:09pm - Illejla ser jikkompetu 21 kanzunetta għal post fil-finali ta’ nhar is-sibt. Però infakkrukom lir-riżultat mhux ser jitħabbar illum, iżda fl-aħħar tal-Lejla tal-Klassiċi, għada.

Tistgħu tivvotaw billi tibgħatu SMS vojt fuq in-numru 506152XX (Fl-aħħar iżżidu n-numru abbinat mal-kanzunetta favorita tagħkom). L-SMS voting numbers huma dawn:

50615201 – KENN – Cheryl

50615202 – MINN TAĦT L-ILSIEN – Avenue Sky

50615203 –IDEK F’IDI – Kelly Marie

50615204 – IL-MUŻIKA U JIEN – Nicole Frendo

50615205 – TKUN L’HAWN GĦADDI - Kantera

50615206 – JIEN L-ARTIST – Cherylis

50615207 – MIL-LENTI TIEGĦI – Joseph Refalo

50615208 – BLA TARF – Kurt Calleja

50615209 – DAK KIEN ŻMIEN – Mykill ft. Lyndsay u l-Kalakku

50615210 – GĦAL DEJJEM – Norbert

50615211 – AĦJAR HEKK INKELLA AGĦAR - MARA

50615212 – WENNISNI – Franklin

50615213 – Purgatorju – OXYGYN

50615214 – NIXTIEQ – Haley

50615215 – TGĦIDLIX GĦALFEJN – Kyle George

50615216 – FITTIXNI - Victoria

50615217 – ĦLOMT LI – Bernie & Pod ft. Fiona

50615218 – ĠMIELEK – Claudia Faniello

50615219 – MEWĠ – Bloodline

50615220 – KEWKBA FEĠĠEJA – Gaia Cauchi

50615221 – OSSIĠNU – Danica Muscat u Kapitlu Tlettax


9:08pm - Infakkrukom li bħalissa Taryn Mamo Cefai u Gianni Zammit għaddejjin b’kollegament live fuq il-paġna ta’ Facebook tagħna, kif ukoll fuq dik tal-partner uffiċjali tagħna 89.7 BAY, fejn ser ikunu qed jaġġornawkom b’intervisti, gossip u ħafna aktar tul is-serata sħiħa. Segwuhom HAWN


Ritratt: Camille Fenech

9:05pm - Nagħtu merħba sabiħa lill-preżentaturi tagħna – Keith Demicoli, Clare Agius u Moira Delia! Dawn it-tliet preżentaturi bravissimi ser jakkumpanjawna tul it-tliet serati.


9:04pm - Bidu meravijuż! Proset kbira tmur lill-orkestra u lil Glen Vella li ġeddilna ftit memorji bil-kanzunetta rebbieħa tas-sena li għaddiet – ‘ĦARSA BISS’.


X’jidhrilkom mill-palk ta’ din is-sena? Dan il-palk ġie ddisinjat apposta għal din l-edizzjoni min Gerald Agius Ordway.


9:03pm - Nibdew is-serata tagħna bl-Overture ta’ Mużika Mużika b’kompożizzjoni tal-Maestro Paul Abela li nstemgħet għall-ewwel darba fl-ewwel edizzjoni s-sena li għaddiet. Din is-sena qed naraw ukoll lil D.O.P.E. Dance Company bi prestazzjoni ta’ żfin kontemporanju. Oqgħodu attenti għax għandna sorpriża ħelwa lejn l-aħħar li ser iġġeddilkom il-memorji tal-ewwel edizzjoni ta’ dan il-festival!


9:03pm - B’differenza mis-sena l-oħra, f’din l-edizzjoni għandna udjenza fis-sala tagħna. Hawn atmosfera fenomenali hawnhekk fl-MFCC, Ta’ Qali!


9:02pm - Nilqgħukom għat-tieni edizzjoni ta’ Mużika Mużika! Għandna spettaklu mill-isbaħ preparat għalikom f’din il-lejla ta’ ċelebrazzjoni ta’ mużika Maltija.


8:59pm - TWISSIJA: Dan il-programm jinkludi effetti ta' dawl qawwi u strobe lighting. Minħabba f'hekk dan mhux adattat għal min ibati bl-epilessija u kundizzjonijiet ta' sensittività għad-dawl.


MUŻIKA MUŻIKA jibda dalwaqt



Ritratti: Elisa von Brockdorff

 

1,234 views

Comentarios


bottom of page