Lirika
Jekk trid dejjem tkun kuntent,
Kemm trid li toqgħod attent
Li tgħix ħajtek kif trid int,
żomm f’idejk ir-riedni.
Jekk trid dejjem tkun kuntent,
Tħalli ‘l ħadd jipperswadik
Li inti ma jistħoqqlokx,
Żomm sod u tbissem.
Ibqa’ ħares ‘il quddiem
Ftakar dejjem f’dawn il-kliem.
Jekk int xbajt dejjem l-istess,
Iddejjaqt ħajja bla sens,
Bsaten fir-roti dejjem sibt,
Kompli stinka!
Madwarek dwejjaw biss,
Jekk taqta’ qalbek spiss,
Jekk diffiċli tgħix kuntent,
Kompli stinka!
Tinsa qatt int min int
Tinsa qatt x’għamlek dak li int,
Tinsa qatt u qatt.
Ftakar u tbissem.
Jekk trid dejjem tkun kuntent,
Int qed tbati f’dal-mument,
Wara d-dlam għad titla’ x-xemx,
Issaporti sieħbi.
Jekk trid dejjem tkun kuntent
Iżda nieżla x-sxita qliel,
Tibżax minnha, oħroġ ftit,
Iżfen u tbissem.
Ibqa’ ħares ‘il quddiem
Ftakar dejjem f’dawn il-kliem.
Jekk int xbajt dejjem l-istess,
Iddejjaqt ħajja bla sens,
Bsaten fir-roti dejjem sibt,
Kompli stinka!
Madwarek dwejjaw biss,
Jekk taqta’ qalbek spiss,
Jekk diffiċli tgħix kuntent,
Kompli stinka!
Tinsa qatt int min int
Tinsa qatt x’għamlek dak li int,
Tinsa qatt u qatt.
Ftakar u tbissem.
Tbissima fuq xufftejk.
Tbissima fuq ħaddejk.
Tbissima minn għajnejk.
Ibqa’ ħares ‘il quddiem
Ftakar dejjem f’dawn il-kliem.
Jekk int xbajt dejjem l-istess,
Iddejjaqt ħajja bla sens,
Bsaten fir-roti dejjem sibt,
Kompli stinka!
Madwarek dwejjaq biss,
Jekk taqta’ qalbek spiss,
Jekk diffiċli tgħix kuntent,
Kompli stinka!
Tinsa qatt int min int
Tinsa qatt x’għamlek dak li int,
Tinsa qatt u qatt.
Ftakar u tbissem.
Ftakar u tbissem! ( Ftakar u tbissem!)
Ftakar u tbissem!
Yorumlar