Kantant – Christian Arding
Kompożitur – Gilbert Bibi Camilleri
Awtriċi – Rita Pace
Kanzunetta emozzjonanti għall-aħħar b’mesaġġ melankoliku. Christian jirrakkonta n-niket ta’ raġel li qed jara r-relazzjoni tiegħu tisfaxxa fix-xejn, u li qed iħossu magħluq ġo gaġġa ta’ emozzjonijiet li ma jistax joħroġ minnha. Messaġġ reali li jixħet dawl fuq l-abbużi li jgħaddu minnhom xi irġiel fir-relazzjonijiet tagħhom, li minħabba stigma mhux dejjem jingħataw l-attenzjoni u l-għajnuna xierqa.
Għalkemm Christian jgħidilna li din il-kanzunetta mhux miktuba fuqu personalment, l-emozzjoni li qed ikanta biha tinħass. Jilħaq noti impressjonanti li jqabbduk il-bard u jitrasmettu l-emozzjonijiet b’saħħithom tal-kanzunetta fuq dawk li jkun qed jismgħuha.
Fl-aħħar tal-kanzunetta, r-raġel bħal qisu taqbiżlu u joħroġ il-frustrazzjoni li għandu ġo fih permezz ta’ vokalizzazzjoni b’saħħita u emozzjonanti.
Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur hawn.
Lura għall-kummentarju live
Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.
Ritratti: Elisa von Brockdorff
Comentários