Lirika
Dak li ħlomt
Dak li xtaqt mhuwiex fil-bogħod
Triqti nibda ma' dak li nħobb
Bħal ma dejjem kont
Ġo qalbi hemm tinsab fil-fond
Għax lilek jien bil-wisq inħobb
Id-don li tajtni jien għamilt li stajt
Sakemm id-dinja tibqa' ddur
Ħa ssibni hemm
Ħa ssibni hemm
Xempju ta' mħabba minnek dejjem rajt
Nibqa' niftakar dan il-mument
Ħa ssibni hemm
Ħa ssibni hemm
Int u jien
Il-ħin kif tar, kif għadda ż-żmien
Memorji sbieħ ma jonqsu qatt
Imħabba tajt
Lilek fittixt għall-ħsieb profond
F'dak li dejjem xtaqt u immaġinajt
Id-don li tajtni jien għamilt li stajt
Sakemm id-dinja tibqa' ddur
Ħa ssibni hemm
Ħa ssibni hemm
Xempju ta' mħabba minnek dejjem rajt
Nibqa' niftakar dan il-mument
Ħa ssibni hemm
Ħa ssibni hemm
Comments